Metodu

 Ħallat id-dadi taċ-ċanga fid-dqiq biex jinksew ħafif (dan jgħin biex iz-zalza tiġi magħquda). Saħħan iż-żejt f’taġen kbir u sajjar il-biċċiet taċ-ċanga miż-żewġ naħat. Aqsamhom f’darbtejn. Neħħihom mit-taġen u warrabhom f’ġenb. Fl-istess taġen, itfa’ t-tewm, il-basal u z-zunnarija u qallihom għal 5 minuti, sakemm jiħmaru. Erġa’ itfa’ l-biċċiet taċ-ċanga, ħawwar bil-bżar u l-melħ u ferrex aktar dqiq. Ħawwad tajjeb biex iċ-ċanga tinkesa sew, imbagħad itfa’ l-Guinness. Ħalli l-likwidu jiftaħ jagħli, imbagħad itfa’ l-ingredjenti f’dixx. Għatti u kompli sajjar fil-forn għal siegħa u nofs oħra, jew sakemm il-laħam ikun sar. Meta l-istuffat ikun lest, jekk iz-zalza tkun immerrqa, itfa’ mgħarfa dqiq tal-qamħirrun. Sadattant għalli l-patata. Meta tkun lesta, saffiha mill-ilma u għaffiġha. Żid il-butir, il-ħalib u ftit bżar u melħ. Ħawwad tajjeb sakemm ikollok konsistenza ratba. Meta tkun se sservi, itfa’ l-istuffat fi platti fondi u agħmel il-patata maxx f’ġenb. Ma’ dan il-platt, imur ħafna l-ħobż Irlandiż.

 

L-inbid issuġġerit: DELICATA Grand Cavalier Barrel Matured Merlot D.O.K. Malta

Għal 4 persuni

Għal 4 persuni


Email this Recipe Lura ghar-ricetti ta' Manuel's Recipes