Metodu

Qalli l-basal, it-tewm u l-ħwawar għal 5 minuti f’mgħarfa żejt taż-żebbuġa. Itfi n-nar. Fi skutella mdaqqsa, ħallat flimkien il-kapuljat tal-majjal u l-mili taz-zalzett tal-Malti. Itfa’ t-taħlita tal-basal li tkun sajjart, il-cranberries, it-tuffieħa maħkuka u l-biċċiet tal-qastan u ħawwar bil-bżar u l-melħ. Iftaħ is-sidra tad-dundjan u mlieha bit-taħlita. Rambalha tajjeb u dawwarha bil-biċċiet tal-bacon. Imbagħad geżwirha fil-foil u poġġiha f’dixx. Sajjar fil-forn f’temperatura ta’ 200oC għal 30 minuta. Imbagħad neħħi l-foil u kompli sajjar għal 15-20 minuta. Oħroġha u ħalliha toqgħod għal 5 minuti qabel tqattagħha u sserviha bil-patata u l-ħaxix mixwi.

Għal 4-5 persuni


Email this Recipe Lura ghar-ricetti ta' Manuel's recipes