Metodu

Idlek il-laned tat-torti bi ftit butir jew marġerina u iksihom bl-għaġina. Qassam il-biċċiet tas-salamun u l-ispraġġ u poġġihom fil-forom tal-għaġina li tkun ippreparajt. Poġġi l-bajd, il-ġobon l-artab, il-kurrat u x-xibt fi skutella u ħallathom. Ħawwarhom bil-bżar u l-melħ u mbagħad itfa’ t-taħlita fuq il-ħut sakemm il-forom tal-għaġina jimtlew tajjeb. Poġġi t-torti f’tilar u aħmihom fil-forn f’temperatura ta’ 200oC għal madwar 20-25 minuta. Tista’ sservi dawn it-torti tas-salamun sħan jew kesħin qabel l-ikel jew bħala ikla ħafifa. (għal 4 persuni)

Għal 4 persuni


Email this Recipe Lura ghar-ricetti ta' Manuel's Recipes