Metodu

Din hi riċetta ħafifa ħafna. Ibda billi tipprepara l-ħaxix. Qatta’ l-qargħa bagħlija f’roti rqaq tawwalin u l-bżar f’4 strixxi. Saħħan mgħarfa żejt f’taġen bil-grilja u sajjar il-ħaxix għal ftit minuti fuq iż-żewġ naħat. Qiegħed il-ħaxix f’ġenb. Imbagħad ħawwar tajjeb il-biċċiet tat-tonn frisk bil-bżar u l-melħ, ferrex iż-żejt taż-żebbuġa u ssiġilla t-tonn f’taġen bil-grilja għal ftit minuti fuq kull naħa. Sakemm it-tonn ikun qed isir, agħmel il-mayonnaise tal-avokado u l-lime billi tħallat flimkien il-mayonnaise, il-meraq u l-qoxra maħkuka tal-lime u l-avokado mqattgħa. Issa tista’ tibda sservi. Poġġi l-weraq tal-insalata fi skutella u itfa’ ftit ħall balsamiku, iż-żejt taż-żebbuġa u l-ħwawar friski. Ħallat tajjeb u qassam l-insalata f’2 platti li tkun se sservi fihom. Poġġi l-biċċiet tal-qara’ bagħli u l-bżar mixwi fil-wiċċ. Fl-aħħar nett, poġġi l-biċċiet tat-tonn fuq il-bżar mixwi (biċċtejn għal kull persuna) u ferrex ftit mill-meraq tat-taġen. Servi l-mayonnaise tal-avokado u l-lime fi skutella żgħira fil-ġenb tal-platt. (għal 2 persuni)

Għal 2 persuni


Email this Recipe Lura ghar-ricetti ta' Manuel's Recipes