Metodu

Saħħan iż-żejt taż-żebbuġa f’taġen fond u qalli l-basal u t-tewm fih għal 3 minuti. Żid il-karfus, iz-zunnarija u l-qargħa bagħlija u kompli sajjar għal 5 minuti oħra. Meta l-ħaxix jibda jirtab, itfa’ l-istokk tal-ħaxix u t-tadam. Żid il-frak tal-filfel u ħawwar bil-bżar u l-melħ. Għatti t-taġen, baxxi n-nar u ħalli s-soppa ttektek għal 15-il minuta oħra. Ftit qabel tkun se sserviha, xħin tkun għadha fuq in-nar, żid it-tortellini u kompli sajjar is-soppa għal 2-3 minuta oħra, sakemm it-tortellini jsiru. Itfa’ t-tursin imqatta’ u serviha fi platti kbar fondi.

Għal 4 persuni


Email this Recipe Lura ghar-ricetti ta' Manuel's Recipes