Metodu

Ahmi l-lewz go forn moderat sakemm jiehu kulur kannella car. Ohorgu mill-forn, hallih jibred sew umbaghad qattghu. Aqta c-cirasa f’nofsijiet. Hokk ic-cikkulata jew qattaghha f’bicciet rqaq. Zomm il-krema kiesha fill-frigg. Farrak il-helwa tat-tork b’furketta. Iksi tilar bil-karta forn. Iftah l-ghagina sfuljurata fuq daqsxejn tqiq. Iftahha f’bicca wahda ta’madwar 30 bi 30 centimetru. Aqta l-ghagina f’zewg bicciet indaqs u poggihom fuq it-tilar tal-forn. Ahmi l-ghagina go forn moderat ghal ftit jahraq (170grad), ghal madwar 45 minuta jew sakemm tara li l-ghagina hadet kulur kannella car u gholiet. Ohrogha mill-forn u halliha tibred sew. Sadanittant, habbat il-krema go skutella kiesha sakemm tghaqad sew. Zid il-helwa tat-tork u hawwadha mal-krema. Zid nofs il-lewz u nofs ic-cikkulata umbaghad hawwad fliemkien. Poggi wahda miz-zewg sfolji ghagina fuq dixx li tkun se’sservi fih. Poggi zewg terzi mit-tahlita tal-krema u iksi sew. Poggi lis-sfolja l’ohra fuq il-krema u ghafas ftit biex tehel mal-krema. Iksi l-wicc bil-kumplament tal-krema u xerred il-kumplament tac-cikkulata w lewz. Zejjen bic-cirasa. Zomm dil-helu fil-frigg sakemm isserviha

Għal 10 persuni


Email this Recipe Lura ghar-ricetti ta' Guest Chef 9