Metodu

Itfa’ d-dqiq, il-ħmira niexfa, il-melħ u 2 mgħaref miż-żejt taż-żebbuġa f’food processor u ħabbat għal 3 sekondi. Itfa’ ħafna mill-ilma u erġa’ ħabbat sakemm l-għaġna tkun ratba. Jekk ikun hemm bżonn żid il-bqija tal-ilma biex tgħaqqad l-għaġina tal-focaccia. Poġġi l-għaġina fuq wiċċ miksi bid-dqiq u kompli għaġinha għal tal-anqas 5 minuti sakemm tirtab. Iffurmaha f’ballun. Idlek skutella kbira bi ftit żejt taż-żebbuġa li jkun fadal u poġġi l-għaġina fiha. Idlek il-wiċċ tal-għaġina bi ftit aktar żejt, għattiha b’biċċa cling film u ħalliha togħla għal 45 minuta, jew sakemm tirdoppja fid-daqs. Erġa’ qiegħed l-għaġina fuq wiċċ miksi bid-dqiq u neħħi l-arja minnha billi tiċċattjaha. Daħħal il-basal imsajjar fl-għaġina. Iftaħ il-focaccia, pulzier akbar mit-tilar li tkun se tpoġġiha fih. Iksi t-tilar bid-dqiq u ixħet l-għaġina fih. Agħfas il-ġnub tal-għaġina mat-tilar. Ħalliha terġa’ togħla għal 20 minuta. Imbagħad, b’subgħajk, agħfas l-għaġina biex tifforma 15-il għafsa żgħira. F’kull għafsa poġġi ftit klin. Itfa’ ż-żebbuġ l-iswed fuq il-focaccia u l-kumplament taż-żejt taż-żebbuġa. Fl-aħħar xerred il-melħ oħxon fil-wiċċ. Aħmi għal madwar 25 minuta f’temperatura ta’ 200oC jew sakemm il-focaccia tiħmar u tkun saret. Tista’ sserviha sħuna jew kiesħa.


Email this Recipe Lura ghar-ricetti ta' Manuel's Recipes