Metodu

Agħmel l-għaġina billi tagħġen flimkien b’idejk id-dqiq, it-trab tal-ħami, iz-zokkor u l-butir. Żid il-qoxra maħkuka ta’ lumija u l-isfar ta’ bajda u ħawwad biex tifforma għaġina ratba. Kessaħha għal 15-il minuta, imbagħad iftaħha fuq wiċċ miksi bid-dqiq. Iksi l-laned żgħar bl-għaġina u itfa’ kuċċarina ġamm tal-berquq f’kull waħda. Imbagħad agħmel it-taħlita tal-intrita billi tħallat l-ingredjenti kollha flimkien sakemm ikollok taħlita ratba. Itfa’ l-intrita fuq l-għaġina u poġġi l-biċċiet tat-tin jew tal-lanġas fil-wiċċ. Jekk se tuża l-berquq, ħallih sħiħ. Ferrex ftit lewż imfarrak fuq it-torti bil-berquq u l-lanġas. Tagħmilx lewż fuq it-torti bit-tin. Aħmihom f’temperatura ta’ 180oC, għal madwar 25 minuta jew sakemm jiħmar il-wiċċ. Oħroġhom mill-forn u dellek il-wiċċ bil-ġamm tal-berquq. Ħallihom jiksħu sew u aqlagħhom mil-laned.

L-inbid issuġġerit: Inbid abjad ħelu DELICATA Casella Moscato

 

Għal 8 persuni


Email this Recipe Lura ghar-ricetti ta' Manuel's Recipes