Metodu

Għarbel id-dqiq u l-melħ fi skutella. Żid il-butir, u aħdem it-taħlita b’idejk sakemm issir bħal frak tal-ħobż fin. Żid iż-żejt, ħawwad, imbagħad żid iz-zokkor, il-vanilla, u l-qoxra tal-lumija maħkuka. Ħawwad flimkien. Żid biżżejjed ilma biex tkun tista’ taħdem it-taħlita f’għaġina li m’għandhiex tkun ratba jew iebsa żżejjed. Agħġen fuq daqsxejn dqiq għal ftit minuti. Għatti l-għaġina, u ħalliha toqgħod għal 30 minuta f’post frisk. Idlek forma ta’Kolomba bil-butir, u għaddiha bid-dqiq. Iftaħ l-għaġina u iksi l-qiegħ u l-ġnub tad-dixx. Taqqab ftit l-għaġina b’furketta. Idlek folja tal-aluminjum bil-butir u poġġiha bin-naħa midluka fuq l-għaġina biex tgħattiha kollha sew. Poġġi xi fażola bajda fuq il-folja tal-aluminjum bħala toqol għal waqt is-sajran. Aħmi ġo forn moderat għal jaħraq għal 20 minuta. Oħroġ mill-forn, ikxef l-għaġina, u ħalliha tibred sew. Ifrex il-ġamm fuq l-għaġina. Ħabbat il-bajd u z-zokkor sakemm it-taħlita ssir kremuża. Żid il-bajd waħda, waħda, filwaqt li tħabbat. Żid il-lewż mitħun u l-essenza, u kompli ħabbat. Żid id-dqiq bil-mod filwaqt li tħawwad b’idejk minn taħt għal fuq. Ferragħ it-taħlita fuq il-ġamm u llixxa l-wiċċ. Aħmi ġo forn moderat sakemm it-torta tieħu kulur kannella ċar sabiħ. Oħroġ mill-forn, u ħalliha toqgħod għal 20 minuta qabel toħroġha mil-landa. Żejjen bl-icing sugar u l-lewz imraxxaxin fil-wiċċ.


Email this Recipe Lura ghar-ricetti ta' Guest Chef 9